Ir-Russja twaqqaf milli jsir tipjip fil-galleriji

Skont regolamenti ġodda fir-Russja, tipjip fil-gallerija se jkun projbit. Skont dawn ir-regoli, nar mikxuf se jinqata’ mill-galleriji tal-apartamenti, ta’ dormitorji u lukandi.

Ir-regolamenti li tneddew mill-Ministru għall-Emerġenza jgħidu li mhux se jkun iktar possibbli jsir barbikju ta’ kebabs u jinxtegħlu xemgħat fl-imsemmija postijiet.

Min jikser ir-regolamenti l-ġodda li se jidħlu fis-seħħ fl-1 t’Ottubru, jista’ jeħel multa ta’ 3 t’elf rublu, ekwivalenti għal €42.