Ir-Russja ppruvat tinfluwenza r-referendum dwar l-indipendenza Skoċċiża

REUTERS/Russell Cheyne

Rapport tal-kumitat tal-intelliġenza u s-sigurtà tal-Parlament Ingliż mistenni jikxef kif il-Kremlin ipprova jinfluwenza r-riżultat tar-referendum għall-indipendenza tal-Iskozja iżda mhux il-vot dwar Brexit fl-2016, skond storja ppubblikata minn The Daily Telegraph.

Ir-rapport, li se jkun pubblikat it-Tlieta mistenni juri kif ir-Russja ppruvat taqsam ir-Renju Unit fl-2014 u li din kienet meqjus bħala “l-ewwel interferenza post-Sovjetika f’elezzjoni demokratika fil-Punent,” żiedet tgħid il-gazzetta hekk kif ikkwotat kummenti minn rapport ta’ 50 paġna.