Ir-Russja iddawwar l-arloġġi lura għall-aħħar darba!

Hekk kif dal-lejl, Malta qalbet għall-ħin tax-xitwa, ir-Russja dawret l-arloġġi tagħha għall-aħħar darba.
Ir-Russja se tkun qed taddotta l-ħin tax-xitwa b’mod permanenti wara li din il-miżura kienet iddaħlet fl-1981.
Tul dawn l-aħħar tliet snin, ir-Russja esperimentat billi żammet il-ħin tas-sajf b’mod permanenti, iżda nstab li dan ma kienx tajjeb għal ħafna Russi.
F’konferenza tal-aħbarijiet f’Moska, rappreżentanti mill-Akkademja tax-Xjenza spjegaw li b’din id-deċizzjoni, il-ħin se jkun viċin tal-ħin Ewropej u d-differenza mal-Greenwich Mean Time se tkun biss ta’ tliet sigħat.