“Ir-Russja falliet milli tipprevjeni assedju fi skola” – il-Qorti Ewropea

Il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddikjarat li r-Russja falliet milli tieħu l-miżuri neċessarji sabiex tipprevjeni l-assedju fuq skola fl-2004.
F’dan l-assedju, f’Beslan kienu mietu 330 persuna, fosthom 186 tifel u tifla.
Hija kkritikat ukoll lir-Russja għall-mod kif imxiet fl-investigazzjoni tagħha f’dan il-każ.
Dan l-assedju kien seħħ meta separatisti Ċeċeni daħlu fl-isklu u żammew elf persuna ostaġġ, il-parti l-kbira tagħhom kienu tfal.
Dan l-attak ġie fi tmiemu wara li truppi Russi tas-servizzi tas-sigurtà daħlu fl-iskola.
Ħafna minn dawk li salvaw qalu li t-truppi użaw forza eċessiva u ma kellhomxpjan.
Ebda uffiċjal mir-Russja ma kien ħa r-responsabbiltà tal-għadd kbir ta’ vittmi.