Ir-Russja f’taħdidiet mal-Istati Uniti dwar il-kriżi fl-Ukraina

Il-Ministru Russu tal-Affarijiet Barranin Sergei Lavrov daħal f’taħdidiet ma’ John Kerry u Ministri Ewropej għall-Affarijiet Barranin biex tinstab soluzjoni għall-kriżi fl-Ukraina.
L-Istati Uniti iridu li fil-Krimea jiġu stazzjonati osservaturi indipendenti filwaqt li jibdew it-taħdidiet bejn ir-Russja u l-Ukraina.
Il-Gvern Russu irid li jkun hemm rapprezentanza akbar fil-Gvern Ukren tar-Russi li jgħixu fl-Ukraina.
L-Unjoni Ewropea qed toffri li tibgħat €11-il biljun f’għajnuna lill-Ukraina filwaqt li ffrizat l-assi ta’ 18-il uffiċjal Ukren.
Il-Ministru Ukren għall-Finanzi qal li l-pajjiż għandu bżonn minn tal-inqas €25 biljun biex l-ekonomija terġa’ tqum fuq saqajha.