Ir-Russja b’sanzjonijiet mill-UE minħabba l-Krimea

Il-Kanċillier Ġermaniż Angela Merkel qalet li r-Russja se taffaċja sanzjonijiet mill-Unjoni Ewropea jekk ma tieħux il-passi neċessarji biex issolvi l-kriżi dwar il-Krimea.
Hekk kif mistenni jingħata bidu għal summit Ewropew fi Brussell, il-Kanċillier Ġermaniż qalet li s-sitwazzjoni politika preżenti wkoll se tfisser li eventwalment il-G8 ma jibqax jeżisti.
It-tensjoni fil-Krimea mistennija tkompli tiżdied hekk kif il-mexxejja Russi ffirmaw ftehim biex il-Krimea tinħall mal-Ukraina u tingħaqad mar-Russja.
Sa mill-bieraħ, attivisti favur ir-Russja ħadu f’idejhom mill-inqas żewġ bażi militari.