Ir-Russja b’sanzjonijiet ġodda kontra t-Turkija

Il-President Russu, Vladimir Putin iffirma digriet b'numru ta' sanzjonijiet ekonomiċi kontra t-Turkija.
Ir-Russja se tkun qed timponi dawn is-sanzjonijiet b'ritaljazzjoni għat-twaqqigħ ta' ajruplan militari Russu mill-armata Torka waqt li kien għaddej b'missjoni fis-Sirja.
Iktar kmieni l-President Russu kien wissa li jekk it-Turkija ma titlobx apoloġija għal dak li wettqet, se jkun hemm konsegwenzi serji.
Fost is-sanzjonijiet imposti mir-Russja fuq it-Turkija hemm il-projbizzjoni fuq importazzjoni ta' prodotti Torok u li negozji u fabbriki mhux se jkunu qed jitħallew iħaddmu magħhom ċittadini Torok.
Ir-Russja se tkun qed twaqqaf ukoll titjiriet bejn iż-żewġ pajjiżi.