Ir-Russja akkużata li waqqgħet ajruplan Ukren

Kelliem tas-sigurtà Ukren akkuża lir-Russja li sparat u waqqgħet jet Ukren waqt li kien fuq missjoni fl-Ukraina.
Kelliem għall-Kunsill Nazzjonali tas-Sigurtà u d-Difiża Ukrena, qal li l-inċident ġara nhar l-Erbgħa fejn twaqqgħu żewġ ajruplani fir-reġjun ta’ Luhansk.
Nhar it-Tnejn ajruplan ieħor twaqqa’ b’missila fil-Lvant tal-Ukraina. Il-membri tal-ekwipaġġ għadhom ma nstabux.