Ir-Russi jipprotestaw kontra l-età tal-pensjoni

People attend a protest against a proposed increase of the retirement age in Moscow, Russia, September 2, 2018. REUTERS/Sergei Karpukhin

Eluf ta’ nies minn madwar ir-Russja, ingħaqdu biex jipprotestaw kontra l-pjanijiet li għandu l-Gvern biex jgħolli l-età tal-pensjoni. Dan minkejja li fiż-żmien riċenti l-President Russu, Vladimir Putin wiegħed li dan ma kienx se jsir.

Dawn il-protesti jixhdu li l-liġi proposta hija kwistjoni politika sensittiva għall-gvern minkejja l-konċessjonijiet li offra waqt li indirizza l-poplu fuq it-televiżjoni. Waqt id-diskors, Putin għall-ewwel darba refa’ r-responsabbiltà tar-riforma u ddeskriviha bħala neċessita finanzjarja. Huwa għalaq id-diskors tiegħu billi talab lill-poplu Russu biex jipprova jifmu.