Aġġornata: L-ajruport lura għan-normal wara inċident ta’ ajruplan żgħir

Read in English.

Ir-runway ewlenija tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta reġgħet infetħet wara li kellha tingħalaq minħabba inċident b’ajruplan żgħir dalgħodu. Għal xi ħin dalgħodu bejn id-9am u l-11.30am ir-runway ingħalqet minħabba dan l-inċident.

Skont stqarrija maħruġa mill-ajruport stess, l-inċident seħħ fid-8.45am, u ż-żewġ persuni abbord ma weġġgħux. Aktar tard għall-ħabta tal-11.30am, l-ajruport fi stqarrija separata qal li hemm investigazzjoni għaddejja dwar x’seta’ wassal għal dan l-inċident.

Fuq il-post marru l-membri tal-Protezzjoni Ċivili li taw l-ewwel assistenza u kkontrollaw is-sitwazzjoni.

Jidher li t-titjiriet ma ġewx affettwati, hekk kif intużat runway sekondarja.