Ir-Rumanija tissospendi t-titjiriet kollha minn u lejn l-Italja

Read in English.

Ir-Rumanija ħabbret li ser tissospendi t-titjiriet kollha minn u lejn l-Italja. Din id-deċiżjoni ittieħdet minn naħa tal-Gvern Rumen fid-dawl tar-riskji li qed jiżdiedu minħabba l-mod li bih qed tinxtered il-Coronavirus, b’ħafna każi jafu l-oriġini tagħhom fl-Italja.

Il-Ministru tas-Saħħa tar-Rumanija fisser li din id-deċiżjoni qed tittieħed bil-għan li jiġi limitat ir-riskju tat-tixrid tal-marda, hekk kif il-pajjiż irraporta żieda fl-ammont ta’ infezzjonijiet mal-pajjiż.

Mis-26 ta’ Frar, l-ammont ta’ każi rappurtati mill-Italja kien 15. Ta’ min jgħid li hemm miljun u nofs persuna Rumen li jaħdmu l-Italja.

Il-Ministru tas-Saħħa Rumen qal li dawn it-titjiriet huma operati mill-linja nazzjonali Tarom, u mill-linji tal-aru Wizz Air, Ryanair u Blue Air.