Ir-Rumanija skwalifikata mill-Eurovision 2016

Il-kanzunetta Moment of Silence li r-Rumanija kienet se tieħu sehem biha fil-Eurovision 2016 ġiet skwalifikata mill-konkors.
Dan wara li l-istazzjon nazzjonali Rumen TVR naqas milli jħallas il-miżata dovuta lill-EBU biex ikun membru minn din l-unjoni ta’ xandara.
It-TVR ilu ma jħallas il-miżata mill-2007.
Kienu bosta dawk li tkellmu dwar dan il-fattur u sostnew li l-EBU setgħet ħadet il-passi kontra r-Rumanija ħafna aktar kmieni minn dsatax-il ġurnata qabel il-festival.
Minħabba f’din l-iskwalifika issa flok 43 pajjiż se jieħdu sehem 42 pajjiż.