Ir-Rumanija għandha Prim Ministru tekniku

L-eks-Kummissarju Ewropew Dacian Ciolos se jkun il-Prim Ministru ġdid tar-Rumanija.
Il-President Klaus Iohannis qal li jippreferi Gvern tekniku għall-pajjiż, u Prim Ministru indipendenti, nadif, li qatt ma kien involut fi skandli.
Il-Prim Ministru preċedenti, Victor Ponta, irreżenja wara protesti għat-tmexxija tiegħu, l-għada ta’ nirien f’diskoteka li ħallew il-vittmi.