Ir-roundabout tat-Technopark se tkun magħluqa mal-lejl

mosta technopark magħluq
Google

L-aċċess għar-roundabout ta’ ħdejn il-Mosta Technopark se jkun magħluq mil-lejla u fl-iljieli ta’ wara sal-aħħar tal-ġimgħa skont Infrastructure Malta (IM).

Fi stqarrija, IM qalet li l-aċċess se jingħalaq bejn id-9 pm u l-5 am. Il-kuntratturi tal-aġenzija se jagħlqu l-aċċess għar-roundabout u l-korsiji li jagħtu għaliha. IM spjegat li tagħmel xogħol ta’ titjib tar-roundabout u tal-faċilitajiet tal-ivvjaġġar bil-mixi qribha, għal inqas riskji ta’ aċċidenti għal dawk li jgħaddu minn din ir-rotta.

Skont IM, “id-disinn tar-roundabout se jinbidel biex tiżdied l-effiċjenza u s-sigurtà tar-rotta minn Ħal Lija lejn il-qalba tal-Mosta. Fl-istess waqt, il-passaġġ bis-sinjali tad-dwal għall-qsim tat-triq bil-mixi li hemm viċin, fil-kisra lejn Triq Pantar, se jitressaq ftit metri lilhinn biex ikomplu jonqsu r-riskji ta’ aċċidenti.”

Ir-roundabout ta’ maġenb il-Mosta Technopark tgħaqqad in-Naxxar, Ħal Lija, u l-Mosta. Dawk li jivvjaġġaw minn dawn l-inħawi mħeġġa jużaw ir-rotot alternattivi mmarkati b’tabelli mal-ġnub tat-triq. Uffiċċjali tal-immaniġġjar tat-traffiku se jkunu fl-inħawi tax-xogħlijiet.