Filmat: Ir-Rotunda tax-Xewkija tinxtgħel b’dawl ġdid

Ilbieraħ ġiet nawgurata s-sistema ta’ dawl ġdid fir-Rotunda tax-Xewkija Għawdex.
Aktar minn 30 floodlight tal-LED qed jitwaħħlu mal-faċċata tar-Rotunda tax-Xewkija u kif ukoll mal-koppla ż-żgħira. 
Dawn il-floodlights huma aktar effiċjenti u jemettu inqas tniġġiż.
Għalkemm ix-xogħol għadu mhux lest, mistenni jitlesta aktar tard matul din is-sena.
Dan ix-xogħol qed isir b’koperazzjoni bejn il-Parroċċa tax-Xewkija, il-Kunsill Lokali tax-Xewkija u l-Ministeru għal Għawdex.
It-tnedija saret mill-Ministru għal Għawdex Anton Refalo. 
Ritratt: MGOZ George Scerri
Filmat: DOI