Ir-riżultat uffiċċjali tal-Elezzjoni Ġenerali ppreżentat lil President ta’ Malta

Aktar kmieni llum il-Kummissjoni Elettorali ppreżentat ir-riżultat uffiċċjali tal-Elezzjoni Ġenerali lill-President ta’ Malta George Abela.

Il-Parlament li mistenni jitlaqqa’ ftit wara l-Għid, mistenni jkun magħmul minn 69 deputat: 39 deputat f’isem il-Partit Laburista filwaqt li 30 deputat f’isem il-Partit Nazzjonalista.

Minħabba li xi kandidati ġew eletti f’ żewġ distretti filwaqt li l-Partit Nazzjonalista ingħata aktar siġġijiet biex ikun jirrifletti l-persentaġġ li l-partit ġab fl-elezzjoni ġenerali tas-Sibt li għadda, l-elezzjoni każwali mistennija teleġġi 11 -il deputat.

Ritratti: DOI – Clifton Fenech