Ir-riżultat tad-deċiżjoni tal-MEPA se narawh is-sena li ġejja -AD

Fir-reazzjoni tagħha għad-deċiżjoni tal-MEPA, l-Alternattiva Demokratika qalet li bħal daż-żmien sena oħra, il-poplu se jkun jaf jekk għamilx id-deċiżjoni t-tajba. Carmel Cacopardo qal li r-riskju huwa kemm fuq il-vapur inniffsu u anke fuq in-nies.

Huwa saħaq li r-rapporti fuq ir-riskji differenti li hemm għandhom jiġu separati. Semma’ in-nuqqas ta’ rapport marittimu u qal li l-breakwater li hemm bħalissa huwa ddiżinjat biex jilqa’ mewġ ta’ tmien metri u nofs, iżda issa dan il-livell intlaħaq u nqabeż.