Ir-riżultat minn DBRS mertu tas-sħubija fiż-żona Ewro – PN

Il-Partit Nazzjonalista wera s-sodisfazzjon tiegħu għar-riżultat pożittiv li ngħatat Malta mill-aġenzija tal-credit rating DBRS.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li huwa ironiku l-mod kif wara li oppona d-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u fiż-żona Ewro, il-Partit Laburista qiegħed jieħu l-mertu għal dan ir-riżultat.
Id-Deputat Mexxej tal-Partit Nazzjonalista, Mario de Marco qal li fir-rapport tagħha, DBRS semmiet kif Malta qed tgawdi minn ekonomija b’saħħitha grazzi għall-isħubija tagħha fiż-żona Ewro u permezz ta’ aċċessibilità għas-swieq Ewropej.
Il-Partit Nazzjonalista għamel referenza wkoll għar-rapport fejn isemmi li Malta baqgħet b’saħħitha anke fi żmien diffiċli ta’ reċessjoni dinjija, żmien li l-pajjiż kien immexxi mill-Partit Nazzjonalista fil-Gvern.
L-Oppożizzjoni ħeġġet lil Gvern sabiex jikkonċentra iżjed fuq is-setturi li skont ir-rapport tal-aġenzija ġew imniżżla bħala punti debboli, sabiex jassigura eknomija b’saħħitha għall-poplu kollu.