Ir-riżorsi tal-iskola qed jiġu pprintjati għal dawk bla internet jew kompjuter

Read in English.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni qed jipprintja għadd ta’ packs u jwassalhom dirett fid-djar ta’ studenti bla internet jew aċċess għall-kompjuter. Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt mis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni.

Minħabba l-pandemija tal-coronavirus, l-istituzzjonijiet edukattivi kollha għalqu l-bibien tagħhom fil-bidu sas-17 ta’ April iżda mill-bieraħ ġie mħabbar li se jibqgħu magħluqin sa Ġunju li ġej. Għadd ta’ skejjel bħalissa qed jużaw pjattaformi onlajn biex l-istudenti ma jitilfux is-sens skolastika sħiħa.

Il-Primarja ta’ San Ġwann tniedi l-iskola onlajn

Fost dawn l-iskejjel hemm l-iskola primarja ta’ San Ġwann li minn għada se tibda tuża’ s-sit fuq l-internet bħala skola onlajn. Din l-idea kienet żviluppata mis-Surmast ta’ din l-iskola David Mario Caruana. Huwa spjega kif minn għada l-istudenti se jkollhom l-affaerijiet x’jaħdmu fuqhom ta’ kuljum. L-amministrazzjoni ta’ din l-iskola qed taħdem mill-qrib mal-għalliema biex jittellgħu r-riżorsi onlajn.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn