Ir-riżorsi għar-riċerka għandhom ikunu parti integrali mill-ekonomija Maltija – Dr Stefan Buontempo

Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Stefan Buontempo qal li s-settur pubbliku m’għandux biss jinvesti f’ideat innovattivi iżda għandu joħloq ambjent li jiffaċilita l-ħolqien ta’ ideat ġodda. Huwa qal li dan għandu jsir permezz ta’ strutturi li jippermettu li dawn l-ideat jiġu imwettqa. Is-Segretarju Parlamentari Buontempo qal dan waqt li kien qed jitkellem fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fi Brussel.

Fid-diskors tiegħu semma kif l-isfidi ewlenin ta’ Malta jiffukaw l-iktar fuq id-daqs żgħir tal-bażi tal-għarfien flimkien mal-kapaċità limitata ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni fis-settur privat

Stefan Buontempo kompla jgħid li l-istrateġija ta’ Malta hija ffukata fuq il-bini ta’ qafas li jgħin u jiffaċilita t-trasformazzjoni ta’ ideat, fi prodotti u servizzi. Fl-istess waqt sostna dwar l-importanza li jissaħħu aktar ir-riżorsi għar-riċerka biex b’hekk din tkun parti integrali mill-ekonomija Maltija.