Ir-riżenja ta’ Cuschieri ‘ratifikata’; Is-sospensjoni ta’ Licari “mhix meħtieġa”

Joseph Cuschieri Edwina Licari MFSA

Read in English.

Ir-riżenja ta’ Joseph Cuschieri kienet meħtieġa skont l-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA). Dan qalitu fi stqarrija wara li rċeviet ir-raport tal-bord ta’ investigazzjoni li kien appuntat mill-bord ta’ governanti. Madanakollu, l-istess stqarrija tgħid li s-sospensjoni ta’ Edwina Licari ma kinitx meħtieġa.

Cuschieri għadda r-riżenja tiegħu l-Erbgħa.

Cuschier u Licari nkixfu li bbenefiċjaw minn vaganza lussuża kollha mħallsa f’Las Vegas fl-2018. Il-kont kien imħallas minn Yorgen Fenech, li bħalissa huwa wieħed mis-suspettati b’rabta mal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Hu qed jiġi akkużat fil-Qorti li kien kompliċi f’dan il-qtil li seħħ lura fl-2017.

Cuschier kien intagħżel mill-eks Prim Ministru Joseph Muscat għall-irwol ta’ Kap Eżekuttiv tar-regolatur finanzjarju u Licari ntagħżlet bħala membru tal-bord fl-FIAU minn Cuschieri.

Licari kienet irreżenjat mill-bord tal-FIAU.

L-MFSA irreaġixxiet għall-aħbar tal-vjaġġ billi ħabbret investigazzjoni mmexxija mill-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi. Il-bord li kien magħmul mill-Prim Imħallef Emeritu u Mark Samiana kellu r-responsabbiltà li jivverifika l-possibiltà ta’ ksur ta’ etika minn Joseph Cuschieri u Edwina Licari.

L-awtorità rċeviet ir-riżenja ta’ Cuschieri mill-irwol tiegħu ta’ Kap Eżekuttiv dakinhar li rċeviet ir-rapport.

L-MFSA qalet li ħadet nota tar-riżenja ta’ Cuschieri u l-opinjoni tal-bord ta’ investigazzjoni fil-każi ta’ Cuschieri u Licari.

“Il-konklużjoni tal-bord ta’ investigazzjoni dwar Cuschieri twassal lill-bord tal-MFSA biex jirratifika r-riżenja. Filwaqt li għal Licari, il-konklużjonijiet tal-bord ma jirrekjedux li hi tkompli tissospendi lilha nnifisha. Il-bord ta’ governanti ddeċieda li jippreżenta kopja tar-rapport lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol,” tgħid l-istqarrija.

Il-bord ta’ gvernaturi tal-MFSA rringrazzja lill-Prim Imħallef Emeritu u Dr Simiana tas-servizz tagħhom.

Dr Christopher Buttigieg se jkompli jservi fl-irwol ta’ Kap Eżekuttiv ad interim sakemm il-proċess biex ikun ingaġġat Kap Eżekuttiv ġdid jibda.