Ir-rivali Valletta u Floriana jibqgħu f’parità

FB: Valletta Football Club

Ir-rebbieħa tal-kampjonat Malti tal-istaġun li għadda Valletta rnexxielhom jiksbu biss punt kontra r-rivali tagħhom Floriana. Il-logħba ntemmet f’parità ta’ 1-1.

L-ebda gowl ma wasal fl-ewwel taqsima. Il-logħba kienet xi ftit jew wisq ibbilanċjata bl-ewwel gowl jasal fis-47 minuta. Kienu Floriana li skurjaw l-ewwel wieħed minn penalty. Kristian Kegi ma falliex milli jpoġġi lil Floriana fuq quddiem. Hekk kif kollox deher li Floriana kienu se jirbħu, Enmy Pena rnexxielu jsib il-lasta fid-90 minuta. B’hekk kisbu punt kull wieħed.

Riżultati oħra:

13 ta’ Settembru

Tarxien Rainbows FC 2-3 Hamrun Spartans FC

14 ta’ Settembru 19

Gżira United 1-1 Sliema Wanderers

Sirens FC 2-1 Hibernians FC

Birkirkara FC 3-3 Balzan FC

Senglea Athletic 2-1 Mosta FC

15 ta’ Settembru

Gudja United 1-1 St Lucia FC