Ir-rivali Libjani jaqblu li jieqfu jisparaw

Iż-żewġ rivali kbar Libjani qablu li jieqfu jisparaw ħlief fil-ġlieda tagħhom kontra gruppi terroristiċi.
Huma qabblu wkoll biex jibdew jaħdmu ħalli ssir elezzjoni Presidenzjali u tal-Parlament kmieni.
Il-Prim Ministru Fayez Serraj u Khalifa Haftar, il-mexxej tal-militar ħabbru dan ilbieraħ wara taħditiet fi Franza mal-President Franċiż Emmanuel Macron.
Min-naħa tiegħu Macron qal li kemm Seraj kif ukoll Haftar urew kuraġġ storiku meta ddeċidew li jieqfu jisparaw. Żied jgħid li dan il-ftehim se jkun pass ’il quddiem għall-paċi. Saħaq li l-Libjani u l-Mediterran jeħtieġu l-paċi.
Huwa kkonferma li l-elezzjonijiet fil-Libja jistgħu jsiru fil-Libja fil-ħarifa tas-sena d-dieħla.
"Pass fid-direzzjoni t-tajba li għandu jiġi sostnut" – PN
Fi stqarrija b'reazzjoni għal din l-aħbar, Carmelo Mifsud Bonnici, il-Kelliem tal-PN għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ, qal li fatt li sar ftehim biex ikun hemm l-ewwel waqfien mill-ġlied fuq skala nazzjonali, kif ukoll li se jibqa’ jkun hemm diskussjonijiet biex fil-futur ikun hemm elezzjonijiet demokratiċi presidenzjali u parlamentari fl-2018, jawgura tajjeb għall-paċi u l-istabbilità fil-pajjiż ġar tagħna u fil-Mediterran.
Temm jgħid li l-PN jawgura li dil-linja politika jkollha l-għajnuna sħiħa mill-Unjoni Ewropea.