Ir-ritratti uffiċjali tal-Prinċep Louis; ħadithom Kate

Il-familja rjali Ingliża ħarġet l-ewwel żewġ ritratti uffiċjali tal-Prinċep Louis, li twieled nhar il-Ħadd li għadda lill-Prinċep William u lid-Dukessa ta’ Cambridge, Catherine, jew kif nirreferuha għaliha l-aktar Kate Middleton.
Ir-ritratti, ittieħdu minn Middleton stess. Wieħed minnhom nhar l-Erbgħa li għadda, f’għeluq snin il-Prinċipessa Charlotte, li għalqet tliet snin u l-ieħor fis-26 ta’ April.
Skont Reuters, il-Prinċep Louis mhux se jkun mal-bqija tal-familja għat-tieġ ta’ zijuh, il-Prinċep Harry mal-attriċi Amerikana Meghan Markle, fid-19 ta’ Mejju.