Ir-ritorna tal-Arċisqof ta’ Guam ikun diżastru għall-Knisja

Ikun xi jkun il-verdett fil-proċess li għaddej bħalissa fil-Vatikan kontra l-Arċisqof Anthony Apuron ta’ Guam fuq akkużi ta’ abbużi sesswali fuq tfal meta kienu għadhom abbatini fis-snin 70 meta hu kien għadu saċerdot, dan ma għandux jerġa’ lura fid-djoċesi.
Din it-twissija għamilha l-Isqof Koadjutur Michael Byrnes li ntbagħat apposta f’Agana, fil-Guam biex jissostitwxxi lill-Arċisqof Apuron li jinsab taħt akkuża.
Byrnes qal li r-ritorn tal-Arċisqof ikun ta’ diżastru għall-Knisja tal-lokal għax in-nies tilfu l-fiduċja tagħhom kollha fih u anke minħabba t-tħarbit fl-amministrazzjoni ġenerali tad-djoċesi li ħalla warajh.
L-Isqof Koadjutur fi stqarrija pubblika qal li l-proċess kontra Apuron dalwaqt jintemm, iżda mhux qabel ju l-fiduċja tagħhom kollha fih u anke minħabba t-tħarbit fl-amministrazzjoni ġenerali tad-djoċesi li ħalla warajh.
L-Isqof Koadjutur fi stqarrija pubblika qal li l-proċess kontra Apuron dalwaqt jintemm, iżda mhux qabel jintemm is-sajf jew xi ftit wara. Qal li anke jekk ma jinstabx ħati, ma jkunx għaqli l-Armm is-sajf jew xi ftit wara. Qal li anke jekk ma jinstabx ħati, ma jkunx għaqli l-Arċisqof Apuron jirritorna fid-djoċesiċisqof Apuron jirritorna fid-djoċesi.
Ħafna mill-istrutturi tad-djoċesi ma kienux qed jaħdmu kif suppost. Hu diffiċli biex tintrebaħ lura l-fiduċja fil-Knisja li ntilfet tul it-tmexxija tiegħu u hemm bżonn tmexxija bi trasparenza sħiħa biex il-fiduċja tibda tintrebaħ lura.
Apuron kien irrifjutta  li jirriżennja  meta ħarġu l-akkużi kontrih u l-Papa Franġisku ħatar lill-Arċisqof Byrnes bħala Isqof Koadjutur biex imexxi d-djoċesi.
“Hemm bżonn li nħarsu ‘l quddiem fil-paċi u nkomplu nibnu l-Knisja u nagħmlu dak li l-insara jistennew mill-Knisja tagħhom anke fl-affarijiet iż-żgħar ta’ amministrazzjoni, it-tmexxija finanzjarja u l-ħidma pastorali. Diġa’ bdejt nara bidliet kbar u nies b’qalb kbira li qed jersqu ‘l quddiem biex jgħinu l-Knisja, imma għad fadal ħafna xi jsir”, qal l-Isqof Koadjutur.