Ir-ritorn prominenti tal-Alwiġjani fl-EHF Challenge Cup kontra PAOK tal-Greċja

Il-Klabb tal-Handball ta’ San Alwiġi jħabbar li se jieħu sehem fil-kompetizzjoni tal-EHF Challenge Cup. L-ewwel logħba ta’ din l-EHF European Challenge Cup Competition se ssir fis-7 t’Ottubru 2017 fil-Kumpless Sportiv tal-Università ta’ Malta, l-Imsida fil-5pm. Il-logħba tar-ritorn issir ġimgħa wara, fl-14 t’Ottubru ġewwa Thessaloniki, l-Greċja.   
Il-Klabb tal-Handball ta’ San Alwiġi kien l-ewwel klabb tal-handball Malti li qatt uffiċċjalment ħa sehem fl-EHF European Competition f’livell ta’ club. Din il-kompetizzjoni kienet saret f’Malta fl-2011. Din is-sena l-Klabb tal-Handball ta’ San Alwiġi se jirrepeti din l-avventura, fejn it-tim Senior Men ta’ San Alwiġi, ProMinent, se jikkompeti kontra l-Handball Team Grieg, P.A.O.K.
Aloysians’ Handball Club twieled fl-1966. Dan kien fl-istess sena meta f’Malta ġie stabbilit l-ewwel National Handball League. Fl-ewwel snin, il-klabb kellu biss tim tas-senior men, għalkemm sentejn biss wara, fl-1999, il-klabb kellu wkoll tim tas-senior women.
Matul dawn it-23 sena li ilu jeżisti, il-Klabb tal-Handball ta’ San Alwiġi sar il-klabb Malti tal-handball li l-aktar irċieva midalji. It-tim tas-senior men, Aloysians ProMinent impressjonaw billi rebħu 11-il lig nazzjonali, li jagħmluh l-aqwa club tal-gżira. Bħalissa l-Aloysians’ Handball Club għandu 6 timijiet jieħdu sehem f’kategoriji differenti f’kompetizzjonijiet lokali.
PAOK Handball Club jagħmel parti mis-sezzjoni tal-handball ta’ AC PAOK, l-ogħla club multi-sport ibbażat f’Thessaloniki, l-Greċja. Il-tim tal-handball tal-irġiel PAOK rebaħ il-kampjonati Griegi 3 darbiet u l-Tazez Griegi 3 darbiet ukoll.
L-Aloysians’ Handball Club ħadem bis-sħiħ fuq in-netwerking u l-aspett loġistiku li din il-kompetizzjoni tirrikjedi. Din turi qabża kbira kemm għall-Aloysians’ Handball Club kif ukoll għall Handball Malti f’livell nazzjonali. L-Aloysians’ Handball Club jixtieq jirringrazzja lil SportsMalta, lill-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta, lill-Kumitat Olimpiku Malti, lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Handball kif ukoll lill-media kollha tas-sapport li rċeva fl-organizzazzjoni ta’ dan il-logħob. L-Aloysians’ Handball Club jistieden lill-entużjasti sportivi kollha biex jiġu jaraw il-logħba fis-7 t’Ottubru fil-5pm fil-Kumpless Sportiv ta’ l-Università, l-Imsida, ħalli jagħtu sapport lit-tim f’daru – Aloysians’ ProMinent u biex jieħdu gost bil-logħba kbira tal-Handball.