Ir-ristorant Ta’ Marija jitlef l-‘ingredjent speċjali’ tiegħu

Ta' Marija

Tħabbret il-mewt ta’ Marija Muscat, il-mara li flimkien mar-raġel tagħha kienet tmexxi r-ristorant imsemmi għaliha ‘Ta’ Marija’ fil-Mosta.

Muscat mietet fl-età ta’ 74 sena. Il-funeral tagħha se jsir nhar it-Tlieta 26 ta’ Marzu fit-3.00 pm fil-parroċċa ta’ Marija Addolorata f’San Pawl il-Baħar.

Ir-ristorant Ta’ Marija jispċejalizza fl-ikel tradizzjonali Malti. Hu infetaħ mir-raġel ta’ Marija, Benny Muscat li sikwit ikun qed idur mal-klijenti fir-ristorant.

Benny u Marija kienu żżewġu fl-1968 wara li waqqfu mill-karriera preċidenti tagħhom – huma kienu għalliema. Skont is-sit tar-ristorant, Ta’ Marija nfetaħ fl-1990 bħala l-ewwel ristorant à la carte tal-ikel tradizzjonali Malti fil-pajjiż.

Google Maps

Fl-2016, Ta’ Marija rebaħ it-titlu tal-aqwa ristorant għall-ikel Malti mill-Definitive(ly) Good Guide to Restaurants. Skont is-sit TripAdvisor, Ta’ Marija għandu riżultat ta’ 4.5 stilel minn ħamsa u huwa t-tielet l-aqwa ristorant fil-Mosta.