Ir-Rinella se tinbidel f’belt għall-industrija tal-films

Ir-Rinella, magħrufa għall-industrija tal-films, reġgħet waqgħet taħt il-Gvern Malti wara li rebaħ sentenza ta’ appell kontra l-kumpanija li kienet qed tokkupa r-Rinella Film Facilities.
Fl-1995 ir-Rinella kienet ġiet mikrija għall-perjodu twil ta’ snin lil kumpanija li iżda ma ħalsitx il-kera kif pjanat. Dan wassal biex id-dejn tela’ għal aktar minn miljun ewro.
Stqarrija maħruġa mill-Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali tgħid li l-Gvern se jaħdem biex din l-art tinbidel f’belt għall-industrija tal-films u toffri s-servizzi kollha biex tkun kontributur sinjifikanti fl-ekonomija tal-pajjiż.
L-istqarrija tgħid li fl-aħħar snin kawża tat-telqa fil-faċilitajiet kollha tar-Rinella ntilef ħafna negozju fl-industrija tal-films.

Ritratt: maltashipphotos.com