Ir-rimi tal-wipes fit-toilets qed iniġġeż il-baħar – WSC

WSC

Ir-rimi tal-wipes fit-toilets qed toħloq problema fis-sistema tad-drenaġġ, tant li s-Sibt li għadda d-drenaġġ spiċċa jinżel fil-baħar tax-Xatt l-Aħmar, skont kelliem għall-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma (WSC).

Is-Sibt li għadda, persuna bagħtet filmat lil Newsbook.com.mt u qalet li kien hemm drenaġġ ġej mill-għelieqi.

Imblukkar fis-sistema tad-drenaġġ wassal biex dan jispiċċa fil-baħar tax-Xatt l-Aħmar f’Għajnsielem. Kelliem għall-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma (WSC) qal ma’ Newsbook.com.mt li ħaddiema tal-WSC marru fuq il-post u waqqfu d-drenaġġ milli jkompli jmur ġol-ilma. Sar tindif manwali “għax m’hemmx aċċess għal vetturi”.

Il-kelliem qal li l-imblukkar ġie kkaġunat minn materjal li ntrema’ fis-sistema minkejja li ma kienx suppost jintrema’. Huwa qal li din il-problema qed tinqala’ ta’ sikwit u qal li l-aktar oġġetti inkwetanti huma l-wipes. Dawn m’għandhomx jintremew fit-toilets għax jikkaġunaw ħsarat.