Ir-rilevanza ta’ kliem Ġesù fl-Evanġelju

Waqt il-programm Il-Kelma li jixxandar illum il-Ħadd fil-11.30am fuq l-istazzjon One, Antonella Galea Loffreda se tkun qed titkellem ma’ Nikol Baldacchino u ma’ Andrew Cauchi dwar ir-rilevanza ta’ kliem Ġesù fl-Evanġelju tar-raba’ Ħadd tal-Għid, fil-prattika fil-ħajja ta’ kuljum.

Il-biblista Fr Martin Micallef O.F.M. Cap. se jispjega dan l-Evanġelju b’mod riċerkat, iżda sempliċi fl-istess ħin. Fr Louis Mallia MSSP, min-naħa tiegħu, se jitkellem dwar il-qaddisin tal-ġimgħa u jaqsam xi tagħrif dwarhom.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi Media, b’direzzjoni ta’ Fr Louis Mallia MSSP.

Nota: Dan il-programm ġie rrekordjat qabel ma ngħataw l-istruzzjonijiet dwar il-COVID 19 mid-Dipartiment tas-Saħħa.