Ir-riħ qawwi sfratta l-Irxoxt fin-Nadur

Il-ġirja tradizzjonali tal-Irxoxt fin-Nadur Għawdex tħassret minħabba riħ qawwija. Joe Muscat mill-parroċċa tan-Nadur qal dan waqt programm fuq RTK 103FM. Spjega li l-istruttura tal-istatwa li hija sospiża fl-ajru mingħajr l-ebda qlugħ, tpoġġiha f’aktar periklu li jġarrab ħsara fir-riħ u li għalhekk ġie deċiz li l-istatwa ma toħroġx.

Min-naħa l-oħra, il-paroċċa ta’ Bormla llum żanżnet l-Irxoxt wara li sarlu r-restawr. Fir-restawr saru wkoll interventi fuq is-swaba’ u tneħħew ukoll passati ta’ żebgħa minn fuq is-sider u x-xagħar.

Din il-vara nġiebet Malta fl-1741 minn Napli meta l-kaptan Andrea Scarinù ġabha għall-ħabib tiegħu, li kien kaptan ukoll, Celestino Sacco. Sacco kien ippreżenta l-vara lill-Fratellanza tas-Salib Imqaddes fl-1741.

L-1 girja

Posted by Kazin Banda San Gorg Bormla A.D. 1862 on Sunday, April 21, 2019