Ritratti: Ir-riħ jagħmel ħerba fil-Gżejjer Maltin

Marsalforn Gozo

Read in English.

L-Uffiċċju Meterjoloġiku tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħareġ twissija li l-Gżejjer Maltin jinsabu milquta minn riefnu. Bħalissa s-saħħa tar-riħ hija ta’ 35 kts.

Matul il-ġurnata r-riħ qiegħed forza 7 għal 8. Bejn għada u l-Erbgħa r-riħ mistenni jbatti għal forza sitta u jonqos għal forza 5.

Din hija t-tieni darba dan ix-xahar li ħarġet din it-twissija hekk kif fl-14 ta’ Diċembru li għadda r-riħ kien forza 9 għal 10.