Ir-riħ iħarbat l-iskeda tal-Virtu Ferries

Ir-riħ qawwi li ħakem lill-Gżejjer Maltin sfratta l-iskeda tal-vjaġġi tal-Virtu Ferries lejn Sqallija u lura, minħabba li l-baħar huwa mqalleb wisq.

Dan ħabbritu l-kumpanija fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha, fejn tat ukoll id-dettalji għall-vjaġġi żejda li se jsiru għada t-Tlieta u l-Erbgħa.

🚩🚩 RE: VOYAGES TUESDAY 23RD APRIL & WEDNESDAY 24TH APRIL 2019Kindly note that on Tuesday 23rd April we shall be…

Posted by Virtu Ferries Ltd. on Monday, April 22, 2019

Intant, fl-Għadira, ir-riħ ukoll għamel ħerba peress li mela t-triq bir-ramel minn mal-bajja, u dan kien ta’ diffikultà għas-sewwieqa. Id-Dipartiment tat-Tindif dalgħodu kien fuq il-post biex ineħħi l-periklu.

Ritratti: Ir-riħ jiksi t-triq tal-Għadira bir-ramel