Ir-riħ fil-gżejjer Maltin ikompli jitqawwa

Rih Forza 8

Read in English.

Skond il-paġna ta’ Facebook Maltese Islands Weather, ir-riħ fil-gżejjer Maltin issa laħaq Forza 8 mill-Majjistral.

Inizjalment, ir-riħ qawwi kien mistenni jdum sa tard illejla l-14 ta’ Jannar, madankollu l-aħħar mapep jindikaw li r-riħ qawwi se jippersisti sa mill-inqas tard nhar is-Sibt 16 ta’ Jannar.

Ir-riħ se jkun qawwi ferm sa nhar is-Sibt. Mhux esklużi ħalbiet tax-xita minn ħin għall-ieħor.

Il-baħar mistenni li jkun imqalleb għal imqalleb ħafna kultant b’għoli sinifikanti tal-mewġ ta’ 4.5 metri mill-Majjistral fl-ogħla buffuri. Il-mewġ se jkun moderat fil-Majjistral.

Ir-riħ għandu jkun eħfef matul il-ġurnata nhar is-Sibt 16 ta’ Jannar u l-ġurnata kollha l-Ħadd 17 ta’ Jannar.

Hemm possibilità li r-riħ jerġa jkun qawwi t-Tnejn 18 ta’ Jannar.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet minn Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn