Ir-rigali li jaqla’ l-Papa f’lotterija għall-foqra

Ir-rigali kollha li jirċievi l-Papa Franġisku qed jittellgħu f’lotterija biex jinġabru l-flus għall-foqra.
Biex wieħed jipparteċipa jrid imur l-uffiċċju tal-posta tal-Vatikan u jixtri biljett li jiswa’ €10.
Ir-rigali li rċieva l-Papa jinkludu karozza, four-wheel-drive, żewġ roti, kamera diġitali, magna tal-kafè, pinna tal-fidda, u kappell.
Il-biljetti rebbieħa se jitħabbru fit-8 ta’ Jannar.
Il-kelliem għall-Vatikan Patri Federico Lombardi, qal li din il-lotterija hija parti mill-appell tal-Papa għall-forom ġodda ta’ solidarjetà, b’mod partikolari hekk kif qed joqrob żmien il-Milied.