“Ir-rigal tal-anniversarju tagħna” – Raissa u Leighton

Raissa u Leighton flimkien ma' binthom Layla fil-knisja Ta' Pinu ftit taż-żmien ilu

Jum speċjali għall-footballer Leighton Grech u martu l-attriċi Raissa Grech li naraw fis-sensiela Klassi Għalina. Illum qed jiċċelebraw l-ewwel anniversarju taż-żwieġ tagħhom u għal Raissa ir-rigal għal dan il-jum speċjali hija binthom Layla, li twieldet nhar l-20 ta’ April.

Tkellimna ma’ Raissa Grech li qaltilna li hi u Leighton kienu ilhom jafu lil xulxin minn età żgħira iżda ltaqgħu u bdew joħorġu flimkien ħames snin ilu. Kompliet tgħidilna li meta fl-2017 marru għal vaganza f’Bali, Leighton ipproponilha.

Ritratt: Facebook/RaisaGrech

“Il fatt li t-tnejn konna maturi u nafu xi rridu f’ħajjitna u anke minħabba li Leighton huwa bniedem onest u jaf iħobb ħafna, iddeċidejt li ngħidlu iva,” wieġbet l-attriċi li ħafna jassoċjawha mal-karattru ta’ Whitney.

Dwar l-isem ta’ Layla, Raissa stqarret li l-isem għażlitu hi.

“Konna ftehmna li jekk tkun tifla l-isem nagħżlu jien. Kont smajtu f’xi film u mill-ewwel laqatni. Inħossu isem femminili ħafna. Naturalment lil Leighton għoġbu wkoll,” temmet tgħidilna hi.

Awguri lil Leighton u lil Raissa fl-ewwel anniversarju miż-żwieġ tagħhom.