Ir-rigal ta’ €5,000 kien arloġġ ta’ Malta – Chris Cardona

Il-kelliem Laburista Chris Cardona qal li r-rigal mogħti lill-Ministru Tonio Fenech huwa arloġġ ta’ Malta. Il-bieraħ id-deputat Laburista Evarist Bartolo qal li Tonio Fenech rċieva rigal li jiswa €5,000 mingħand George Farrugia, dan malli Fenech sar ministru responsabbli mill-Enemalta.

L-avukat Chris Cardona qal dan dan waqt il-programm TVAM. Minn naħa tiegħu, il-Ministru Fenech ċaħad li hu rċieva xi rigal mingħand George Farrugia.