“Ir-riformi fil-qasam tal-enerġija fattur għat-tkabbir ekonomiku”

Il-Bank Ċentrali ta’ Malta qed ibassar li għat-tliet snin li ġejjin it-tkabbir ekonomiku se jibqa’ b’saħħtu, u dan fost l-oħrajn minħabba l-impatt tar-riformi fil-qasam tal-enerġija.
Fatturi oħra ewlenin għal dat-tkabbir huma proġetti ġodda ta’ investiment, żieda fil parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol u esportazzjoni qawwija ta’ servizzi.
Fi stqarrija l-Bank qal li minħabba tkabbir ekonomiku mgħaġġel, is-suq tax-xogħol hu mistenni li jibqa’ f’livelli stretti, bir-rata tal-qgħad mistennija tilħaq l-4.2% fl-2020.
Dwar l-inflazzjoni, din mistennija tilħaq 2.%, u skont il-Bank dan minħabba żidiet fl ispejjeż tal-produzzjoni domestika.
F’dak li għandu x’jaqsam ma’ finanzi pubbliċi, il-bilanċ tal-Gvern ġenerali hu mistenni li jibqa’ pożittiv, filwaqt li l-proporzjon tad-dejn fil-Prodott Gross Domestiku (GDP) hu mistenni li jinżel taħt il-45% sa tmiem il- perjodu tat-tbassir, jiġifieri bejn l-2017 u l-2020.
Tista’ taqra aktar dwar dan it-tbassir minn hawnhekk.