“Ir-riforma tal-gwardjani lokali hija waħda pożittiva” – Josè Herrera

Is-Segretarju Parlamentari għall-Kunsilli Lokali Josè Herrera, qal li r-riforma fis-servizz tal-gwardjani lokali għandha tkun waħda pożittiva li televa l-istatus tal-gwardjan biex ikun aktar rispettat.
Dan qalu waqt it-tieni laqgħa ta’ konsultazzjoni mal-pubbliku dwar din ir-riforma.
Waqt l-intervent tiegħu, Josè Herrera saħaq li hemm bżonn riforma oħra biex il-flus dovuti jinġabru mingħajr dewmien.
Dan wara li fl-aħħar sentejn u nofs, fir-reġjun ta’ nofs in-nhar ma tħallsux €1.2 miljun minn €3.5 miljun f’ċitazzjonijiet. Mir-Reġjun Xlokk minn €4.4 miljun ma tħallsux €1.7 miljun.
Is-Segretarju Parlamentari semma li biex il-flus jinġabru malajr hemm bżonn li jitnaqqas il-perjodu li fih wieħed jista’ jappella.
Qal ukoll li l-gwardjani lokali jistgħu jibdew jiġu mħarġa mill-Akkademja tal-Pulizija biex titnaqqas l-ispiża.