Ir-riforma għall-ħatra tal-President jaf tfalli wara oppożizzjoni mill-MPs tal-PN

Emenda Kostituzzjonali li tirriforma l-mod kif jintagħżel il-President jaf tfalli milli tgħaddi wara li l-Membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni oġġezzjonaw għal mekkaniżmu kontra l-istaġnar. Dan il-mekkaniżmu jista’ jwassal biex il-gvern ikun jista jisforza l-kandidat preferut għalih f’każ li ma jkunx jista’ jntlaħaq qbil fil-Parlament.

L-emenda hija waħda minn serje ta’ riformi li gvern qed jipprova jgħaddi qabel ma l-Parlament jaġġorna għas-sajf. Din l-emenda hija risposta għat-tħassib li qajmet il-Kummissjoni Venezja li tinsab fi ħdan il-Kunsill tal-Ewropa. Minħabba li din se twassal għal bidla fil-Kostituzzjoni, tirrikjedi l-appoġġ ta’ żewġ terzi tal-Parlament.

Bħalissa, il-President jista’ jinħatar jew jitneħħa permezz ta’ maġġoranza sempliċi. Waqt is-seduta tal-lum, il-Membru Parlamentari tal-Oppożizzjoni Chris Said qal li l-aħħar tliet Presidenti, jiġifieri George Abela, Marie-Louise Coleiro Preca u dak kurrenti George Vella kienu eletti b’appoġġ unanimu. Said qal li Abela, missier il-Prim Ministru Robert Abela, jibqa’ l-unika persuna li l-Gvern taż-żmien innomina mill-kamp oppost għall-irwol.

L-Oppożizzjoni “ma tistax tapprova” mekkaniżmu “anti-deadlock”

Said irrimarka li l-Oppożizzjoni ma tistax tapprova xi ħaġa għajr li l-President ikun elett miż-żewġ terzi tal-Parlament. Hu insista li ma l-Oppożizzjoni ma tistax tapprova l-emenda proposta għax għandha mekkaniżmu “anti-deadlock”: li jkun appuntat President b’maġġoranza assoluta ta’ Membri Parlamentari jekk l-ewwel żewġ voti jfallu.

L-abbozz propost jispeċifika li l-voti għandhom jittieħdu sebat ijiem ‘il bogħod minn xulxin, iżda ma jirrekjedux li l-gvern jipproponi kandidat ġdid. L-abbozz sempliċiment jgħid li dan jista’ jkun innominat qabel ma jittieħed it-tieni vot. Said irrimarka li gvern li jopera b’intenzjonijiet ħżiena xorta waħda jista’ jisforza l-kandidat preferut. Hu żied jgħid li din hija xi ħaġa ta’ min joġġezzjona hekk kif riformi oħrajn li qed ikunu proposti se jagħtu aktar poteri lill-President, bil-għan li l-uffiċċju jingħata rwol aktar importanti billi jżomm lill-gvern kontabbli.

Ir-reazzjoni tal-Kummissjoni Venezja għar-riforma proposta turi li oriġinarjament, il-gvern kien qed jara li jmur għal mekkaniżmu anti-deadlock wara vot wieħed biss, imma dan ma kiex suffiċjenti.

Said spjega kif minflok, l-oppożizzjoni kienet qed tipproponi l-bżonn ta’ appoġġ ta’ żewġ terzi għall-pożizzjoni tal-President u l-Acting President. Huma ssuġġerew li l-Acting President jibqa’ fil-pożizzjoni sakemm il-Parlament jaqbel fuq il-persuna li kellha sservi lil Malta bħala Kap tal-Istat.

Said huwa rappreżentat prominenti tal-MPs tal-PN Ii qed jopponu t-tmexxija ta’ Adrian Delia. Hu ppropona vot ta’ sfiduċja f’Delia, fejn jidher li l-maġġoranza tal-MPs tal-Oppożizzjoni m’għadx għandhom fiduċja fil-Kap tagħhom. Minkejja dan, il-pożizzjoni tiegħu kienet ukoll l-istess pożizzjoni ta’ Carm Mifsud Bonnici, li hu mifhum li għadu jissapportja lil Delia. Iben il-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici qal li l-emenda “jidher li hija tajba” iżda argumenta li s-soluzzjoni reali għaliha huwa li jintlaħaq kunsens politiku.

Mifsud Bonnici qal ukoll li l-mekkaniżmu anti-deadlock jista’ jwassal biex il-gvern jabbuża mil-liġi, filwaqt li insista li kellu fidi li l-Parlament kien kapaċi jaqbel fuq għażla sodisfaċenti.

Jitkellem Zammit Lewis

Fid-diskors tal-ftuħ tiegħu, il-Ministru għall-Ġustizza Edward Zammit Lewis qal li kien diffiċli li jimmaġina d-diskussjoni ta’ abbozzi ta’ imporanza akbar mill-amenda proposta hawn. Hu sostna li fil-preżent, il-metodu li minnu l-President kien appuntat ma kienx intenzjonat li jwassal għall-aħjar għażla, iżda bażikament għall-għażla preferuta tal-Prim Ministru tal-perjodu.

Hu qal li kull meta l-prinċipju ta’ bżonn ta’ żewġ terzi tal-voti għal ħatra pubblika kien adottat, dejjem ħareġ li kien ta’ suċċess. Min-naħa tiegħu, il-MP tal-PN Jason Azzopardi, emfasizza l-għajta tal-partit tiegħu biex jintuża dan il-mekkaniżmu għal ħatriet pubbliċi varji, inkluż il-President, ġiet ivvindikata.

Zammit Lewis iddefenda l-mekkaniżmu propost u nnota li metodu simili jintuża fl-Italja. Hu enfasizza wkoll li dan il-mekkaniżmu huwa aħjar mill-metodu preżenti għax issa hemm bżonn maġġoranza assoluta tal-MPs – minflok maġġoranza sempliċi.

“Nittama li l-mekkaniżmu ma jkunx hemm bżonn jintuża, iżda hemm bżonn li jkun hemm mekkaniżmu anti-deadlock,” insista aktar tard.