Ir-riċessjoni fil-Greċja se tispiċċa s-sena d-dieħla

Il-Prim Ministru Grieg Antonis Samaras sostna li s-sitt snin ta’ riċessjoni fil-pajjiż se jispiċċaw is-sena d-dieħla. Dan filwaqt li żied jgħid li issa l-Greċja hu pajjiż li joffri stabbiltà.

Hu mifhum li aktar protesti huma mistennija f’dawn is-sigħat, hekk kif aktar persuni qed ikompli jitilfu l-impjieg tagħhom. Erba’ t’elef pulizija ġew imħaddma bil-għan li tiġi evitata l-vjolenza.

L-ekonomija Griega ċkienet bi 23% sa mis-sena 2008 u sa issa l-pajjiż diġa ingħata żewġ pakketti t’għajnuna li jammontaw għal madwar €240 biljun. Kawża tal-għajnuna, l-Gvern Grieg kien mitlub iżid diversi taxxi, inaqqas diversi infiq bla bżonn u jagħmel riforma fil-pensjonijiet.