Ir-riċerka tinġieb fit-toroq

Tajba kemm hi tajba r-riċerka, din titlef is-siwi tagħha jekk tintemm f’xi kexxun. It-tħabrik ta’ THINK li tagħti pjattaforma għall-ħidma tal-komunità tal-Università ta’ Malta huwa diġà għemil ta’ tixrid bis-saħħa tal-kelma pprintjata, imma l-isforz aħħari tat-tim iġagħal il-kliem jaqbeż mill-paġni u jieħu l-ħajja, u jwasslu fit-toroq.

Forsi diġà smajt dwar l-avveniment ta’ Soapbox ta’ THINK li nżamm dan l-aħħar, li sar f’Maori ġewwa l-Belt Valletta. Imma…

X’hemm wara din il-pubbliċità?

Kif David Mizzi, l-editur il-ġdid ta’ THINK, qal li s-Soapbox ta’ THINK għandha l-għan li “ġġib kontributuri mill-aħħar edizzjoni tal-magażin biex jippreżentaw ir-riċerka tagħhom f’setting informali”, u dawn l-ħin kollu jkunu fuq krejt temporanja tal-injam. Għalhekk…

Għaliex hemm ħtieġa ta’ dan il-kunċett?

Il-kunċett ta’ soapbox jibni fuq it-tradizzjoni ta’ taħdit pubbliku tal-bidu tas-seklu għoxrin. L-oraturi tas-soapbox, kif kienu jissejħu, kienu jinqdew bi krejts vojta tas-sapun bħala pjattaforma għolja improvviżata biex jixxerjaw l-aħbarijiet tagħhom jew il-passjoni għall-ideat tagħhom. 

U dan x’għandu x’jaqsam mal-isforzi pubbliċi ta’ involviment ta’ THINK? 

Sempliċi: in-nies li s-soltu ma jaħsbux fuq din ir-riċerka (skużawna tal-pun), isiru jafu biha direttament mis-sors oriġinali. Is-soapbox issir platform letterali tax-xogħol eċċezzjonali  tar-riċerkaturi, li jpartu l-ilbies tal-laboratorju tagħhom ma’ lbies aktar każwali, u malli s-soapbox tmiss l-art, l-erja tinbidel f’post fejn kulħadd jista’ jkun imnebbaħ u jista’ jiddiskuti b’mod ħieles.

U hemm qawwa meta nġibu r-riċerka fit-toroq, meta nħeġġu lin-nies jaħsbu b’mod aktar kritiku u jkollhom l-opportunità li jinstemgħu. Li mmorru lura għall-elokwenza mitkellma jkattar il-potenzjal ta’ involviment ta’ THINK.

Dan huwa biss il-bidu għal THINK…

David esprima l-intenzjoni tiegħu li jkabbar il-pubblikazzjoni sabiex jkollha influwenza internazzjonali. Il-kontenut huwa ta’ relevanza internazzjonali – aktar ma r-riċerka tmur ‘il bogħod mill-kexxun, aktar l-għan tagħha jkollha wisgħa, u aktar tkun tista’ tiswa lis-soċjetà inġenerali.