Ir-ribelli Russi jattakkaw żewġ ajruplani Ukreni

Ir-ribelli Russi fl-Ukraina sostnew li sparaw u waqqaw żewġ ajruplani militari Ukreni fir-reġjun ta’ Lugansk, fil-lvant tal-Ukraina.
Jirriżulta li dawn iż-żewġ ajruplani kienu qed iġorru madwar 20 suldati Ukren.
L-Awtoritajiet f’Kiev ikkonfermaw li tilfu kull kuntatt ma’ dawn l-ajruplani, li apparti s-suldati kienu qed iġorru tagħbija mhux magħrufa.
Il-Gvern Ukren ordna inkjesta u bdiet minnufih it-tfittxija għall-ajruplani.