Ir-restrizzjonijiet fuq ir-reliġjon ikomplu jikbru fid-dinja

religion

Read in English.

Restrizzjonijiet fuq ir-reliġjon imposti mill-gvernijiet komplew jikbru madwar id-dinja kollha fl-2016. Dan jirriżulta minn stħarriġ ippubblikat riċentement li sab li dawn ir-restrizzjonijiet ġejjin b’mod partikolari minn sentimenti ta’ nazzjonaliżmu.

Din kienet it-tieni sena konsekuttiva fejn ir-restrizzjonijiet imposti minn gvernijiet, gruppi jew individwi fuq ir-reliġjonijiet, f’198 pajjiż li kienu eżaminati fir-rapport, żiedu.

L-istudju sab li 42% tal-pajjiżi esperjenzaw restrizzjonijiet reliġjużi qawwija jew qawwija ħafna li kienu jinkludu atti ta’ ostilità minn gvernijiet kontra gruppi reliġjużi.

Il-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq kellhom l-ogħla livelli ta’ restrizzjonijiet fuq ir-reliġjon. L-aktar reliġjonijiet milquta minn dawn ir-restrizzjonijiet huma l-Iżlam, il-Kristjaneżmu u l-Ġudaiżmu.