Ir-restorant Luzzu fil-Qawra b’żona apposta għat-tfal

Ir-restorant Luzzu fil-Qawra qed iżid il-valur tas-servizz kulinari li joffri b’veduta spettakolari tal-baħar permezz tal-introduzzjoni ta’ żona speċjali immirata għat-tfal.
L-iskop ewlieni ta’ dan huwa li r-restorant ikun tassew qed jindirizza lill-familja kollha.
Iż-żona għat-tfal fir-restorant Luzzu fil-Qawra hi waħda mgħammra bi slajd u anki b’faċilitajiet fejn it-tfal ikunu jistgħu joqogħdu jpinġu.
Dan jagħmel ir-restorant iktar addattat għall-familja kollha, kemm fost il-ġimgħa wara l-ġurnata tal-iskola u tax-xogħol, kif ukoll fi tmiem il-ġimgħa.