Ir-residenza tal-eks Kummissarju Għoli Malti fl-Awstralja f’sensiela televiżiva

Ir-residenza tal-eks Kummissarju Għoli Malti fl-Awstralja f’Canberra se tintuża bħala set għal sensiela televiżiva polizjeska ġdida bl-isem ta’ CODE.

Il-filming ta’ din is-sensiela mistenni li jibda fil-ġranet li ġejjin.

Fil-preżent f’din id-dar, li m’għadhix tintuża bħala ambaxxata, qed tgħix koppja.

Fost il-postijiet l-oħra li se jintużaw matul is-sensiela Awstraljana hemm ukoll il-bini tal-Parlament.

L-eks ambaxxata kienet dehret ukoll f’xeni qosra fil-film Galore li kien sewa $2.5 miljun.