Ir-residenza ta’ Dom Mintoff bl-ogħla grad ta’ protezzjoni mill-PA

Ir-residenza privata li kellu l-eks-Prim Ministru Dom Mintoff ingħataw l-ogħla tip ta’ protezzjoni, jiġifieri dak ta’ Grad 1, mill-Awtorità tal-Ippjanar (PA).
Il-villa li tinsab f’Ħal Tarxien kienet ġiet iddiżinjata mill-Perit innifsu, fuq stil modern iżda b’elementi tradizzjonali.
Il-PA qalet li dal-bini ġie skedat b’dal-mod minħabba l-valur arkitettoniku tiegħu, iżda anki minħabba s-sinjifikanza storika, politika u soċjali assoċjata mal-Perit Dom Mintoff.
Kemm kien dam Prim Ministru, Mintoff kien laqa’ bosta dinjitarji f’din id-dar, sakemm miet fiha fl-2012.
Il-bini magħmul minn medda art imdaqqsa b’dettalji arkitettoniċi li jimmeritaw dan il-grad.
Sadanittant, il-PA qalet li skedat ukoll bl-istess grad bini vernakulari jistrieħ mal-binja ta’ Mintoff, minħabba l-valur arkitettoniku u storiku tagħha.
Is-sit kien oriġinarjament akkwistat minn Ġużeppi Abela, li xtaq jibni kunvent għall-kapuċċini, kif juru żewġ niċeċ elaborati mal-faċċati.
Madankollu l-pjan qatt ma seħħ.
Magħruf ukoll bħala l-“Monasteru tal-Eremiti”, das-sit fih strutturi interni interessanti, bħal imniesel u kileb tal-ġebel, iddekorati bi xbihat tal-fjuri.
Il-bini llum jintuża mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien bħala ċentru kulturali, u huwa wkoll il-post fejn jiltaqgħu l-Iskawz ta’ Ħal Tarxien.