Ir-Residenza San Vinċenz de Paul toffri użu ta’ kompjuters għall-Anzjani u għall-ħaddiema

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjani u Kura fil-Komunità Mario Galea waqt l-inawgurazzjoni ta’ dan iċ-ċentru qal li qed tinfetaħ paġna oħra fl-istorja tar-Residenza San Vinċenz de Paul permezz tal-ftuħ tal-Community Traning and Learning Centre. Dan il-proġett seħħ flimkien mal-Malta Communications Authority. Dan iċ-ċentru huwa mgħammar bl-aħħar teknoloġija biex jaqdi l-ħtiġijiet tar-residenti u l-ħaddiema.

Mario Galea ħeġġeġ lill-anzjani biex jidħlu għall-isfida u ma jibżgħux mit-teknoloġija. Żied li llum li ma tkunx familjari mat-teknologija qed jitqies bħala illiteriżmu ġdid.

Is-Segretarju Parlamentari Mario Galea faħħar lil dawk l-anzjani li llum daħlu għall-isfida u qed iħaddmu t-teknoloġija. Mario Galea semma li hemm bosta benefiċċji għall-anzjani li jħaddmu t-teknologija. Fost l-oħrajn hu semma l-inklużjoni soċjali, u t-tegħlib tal-iżolament li jaffettwa lill-anzjani.

Huwa spjega li t-teknoloġija tgħin lill-anzjani biex jgħixu aħjar u jgawdu l-ħin ħieles. Mario Galea temm jgħid li l-kompjuters joffru opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja anke fit-tielet età.