Ir-residenti ta’ Pembroke jitolbu l-għajnuna tal-MPs

Read in English.

Rappreżentanti tar-residenti f’Pembroke li qegħdin jopponu l-proġett tad-db Group fis-sit tal-ITS, ippreżentaw ittra lill-Membri Parlamentari mit-3 partiti, eletti mid-9 u l-10 distrett.

Ir-residenti f’Pembroke, l-għaqdiet mhux governattivi u l-kunsilli lokali ta’ Pembroke, is-Swieqi u San Ġiljan nedew il-kampanja ‘Tidfnuniex Ħajjin’ f’April li għadda, bil-għan li titqajjem kuxjenza dwar l-effetti negattivi li dan l-iżvilupp mostruż propost mid-db Group se jkollu fuq ir-residenti u l-ambjent.

Il-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar li eżamina d-disinn ta’ dan il-proġett sejjaħlu “sproporzjonat mal-kuntest tiegħu.” Numru rekord ta’ aktar minn 4,000 oġġezzjoni għall-proġett propost fuq is-sit tal-ITS ġie sottomess lill-PA.

Fil-laqgħa mal-MPs, ir-residenti ta’ Pembroke ħeġġew lir-rappreżentati eletti fil-Parlament sabiex jiddefendu l-interessi tagħhom u tal-posterità u jaraw li dawn jiġu qabel l-interessi tan-negozjanti.

Letter-to-9-and-10-District-MPs-June-2018