Read in English.
F’partita futbol bejn ir-residenti tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u t-tim tal-Malta Football Association, rebħu r-residenti ta’ Kordin b’riżultat ta’ 6-4.
Iċ-Chief Operations Officer tal-Faċilità Korrettiva, Randolph Spiteri, qal li l-għan ta’ din il-partita kien biex tkompli l-ħidma ta’ riabilitazzjoni tant meħtieġa għar-residenti tal-faċilità.
Semma wkoll kif fi ħdan il-Faċilità Korrettiva hemm ukoll id-dipartiment tal-edukazzjoni li qed jgħin lill-istess residenti jkomplu bil-ħiliet tagħhom, kemm akkademiċi kif ukoll fis-settur tas-snajja’. Hu temm l-indirizz tiegħu billi rringrazzja lit-tim kollu u l-ħaddiema tal-MFA li attendew għal din il-partita.